Sharing with a smile (2010)

Blog.com.mt - The Maltese Blogging Community!

Jul

30

l-ewwel jum

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

By sharingwithasmile

Wara vjagg twil li dam sat-3am konna qed nistriehu fil-post li se jkun id-dar taghna ghal-granet li gejjin. Filghodu qomna u bis-sahha ta’ Niveen u Michel dorna ftit fuq fuq Gerusalemm.

Il-fatt li tghaddi minn postijiet minn fejn kien ghadda Gesu hija certament xi haga li tolqtok u tibqa fik.

 

Jul

23

Meta l-ħolma tibda ssir realta’

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

By sharingwithasmile

Għaddew ix-xhur u ġraw ħafna affarijiet. Il-ħolma ta’ ħafna kellha issir ir-realta’ ta’ ftit. U issa ftit jiem qabel ma 4 min-nies jitilqu għal din l-avventura hemm l-aħħar preparamenti.

X’se nsibu jilqagħna? Fejn se noqgħodu post tajjeb? Se jirnexxilna naslu sew? Se naqblu bejnietna? Se nifthemu mal-oħrajn? Se nagħmlu dak li morna għalih? Se nħallu impatt? Tgħid kollox imur b’wiċċ il-ġid?

Dawn huma kollha mistoqsijiet li jħabbtuni, imma naf li bl-għajnuna t’Alla kollox imur kif hemm bżonn. Nispera nkun nista’ nikteb xi ftit hawn dwar il-ġrajjiet tagħna.

Sadanittant baqa’ 6 ijiem u għadni ma bdejt nippakkja xejn

Jan

13

U nibdew noħolmu

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

By sharingwithasmile

Illum, l-ewwel ta’ Frar, hija waħda mid-deadlines biex jiddaħħlu proġetti għal sussisju mill-EUPA u aħna wara ġimgħat ta’ ħidma fuq l-applikazzjoni tagħna, daħħalniha. U issa nistgħu ngħidu li vera qed nibdew noħolmu..

L-idea li isir xi tip ta’ volontarjat barra minn Malta minn xi żgħażagħ taż-ŻAK naħseb ilha tiġri f’ħafna mħuħ u kien hemm ġa uħud li tħajjru u għamlu xi ħaġa. Imma din id-darba m’hemmx biss xi persuna waħda iżda 11-il żgħażugħ/żgħażuha li daħlu għall-proġett li huwa l-ewwel wieħed bħalu għaż-ŻAK. Flimkien fassalna proġett li se joħodna fil-Palestina fis-Sajf li ġej dan wara li uħud minna f’seminar f’Ruma għall-Forum Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika, iltaqgħu ma leaders Palestinjani mill-Latin Parish of Jerusalem (LPJ) .Applikajna għall-fondi tal-EU taħt il-programm Youth in Action, Action 2 - European Voluntary Service (EVS), applikazjoni li daħħalna illum stess. Dan huwa l-bidu tal-proġett.

Issa il-preparazzjonijiet jieħdu xejra differenti. L-applikazzjoni lesta imma għad baqa ħafna xi jsir.

Issa jibda il-vera ħolm.  Int se toħlom magħna?

marija